44 immigrant maħsuba li għerqu viċin il-Libja

Alarm Phone

44 persuna li kienu qed jaqsmu mil-Libja għall-Ewropa huma maħsuba mejta, skont l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-immigranti.

L-għaqda Alarm Phone qalet fuq Twitter li saret taf li dgħajsa li telqet mil-Libja spiċċat fil-bajja ta’ Sabratha. Sostniet li mit-tagħrif li kellha jidher li mietu diversi persuni.

L-għaqda tat-tobba Médecins Sans Frontières (MSF) qalet li mis-sorsi tagħha fil-Libja mietu minn tal-inqas 44 persuna wara li għerqu qrib il-kosta ta’ Sabratha.