436 serqa mill-bajjiet b’valur ta’ €168,500

Huwa stmat li l-valur tas-serq mil-bajjiet li ġie rrappurtat lill-pulizija s-sena li għaddiet kien jammonta għal €101,400.

Minn informazzjoni li Newsbook.com.mt kiseb mill-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pulizija rriżulta li mill-bajjiet madwar Malta u Għawdex fl-2012 kienu rrappurtati 314-il serqa –  288 f’bajjiet f’Malta u 26 f’Għawdex.

Sadanittant, bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena ġew irreġistrati mal-pulizija 122 serqa minn fuq il-bajjiet – 113 f’Malta u 9 f’Għawdex. Dawn kienu jammontaw għal €67, 172.

L-oġġetti misruqa jinkludu basktijiet, ħwejjeġ, mowbajls, apparat elettroniku, kartieri bi flus, karti tal-kreditu u dokumenti, ċwievet, nuċċalijiet, arloġġi u kameras tar-ritratti.