431 każ ġdid ta’ coronavirus fil-Ġermanja

In-numru kkonfermat ta’ każi ġodda tal-coronavirus fil-Ġermanja żdied b’431 każ. Dan biex b’hekk fil-pajjiż s’issa rriżultaw total ta’ 178,281 każ pożittiv. Dan ħareġ minn informazzjoni pprovduta mir-Robert Koch Institute.

Ir-rapport wera wkoll li ġew reġistrati 31 mewta fl-istess jum. Dan ifisser li fil-pajjiż, s’issa mietu 8,247 persuna b’rabta mal-virus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn