43,000 ħaddiem barrani rreġistrat mal-Jobsplus

Ċifri mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo juru li n-numru ta` ħaddiema barranin reġistrati mal-Jobplus huwa ta’ 42, 971.

Minn dawn 29,660 ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqt li 12,407 ġejjin minn pajjiżi terzi. L-aktar li għandna fostna mill-Unjoni Ewropea huma Taljani, 7,778 persuna. Warajhom insibu l-Ingliżi li hemm 4,819, imbagħad insibu Bulgari u Ungeriżi.

Minn pajjiżi terzi insibu 2,413 Filippin u 2,329 Serb. Din l-informazzjoni ngħatat fuq tweġiba parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.

Fuq mistoqsija oħra tal-istess deputat Nazzjonalista, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-numru ta’ persuni ta’ ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta’ residenza f’Malta huwa ta’ 29,246.