430 persuna jweġġgħu fit-triq kull sena

Fl-aħħar erba’ snin, aktar minn 1,700 persuna kellhom jiddaħħu l-isptar għax ikunu weġġgħu f’inċident tat-traffiku.
L-2012 kienet l-iktar sena li fiha daħlu persuni fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei minħabba korriment f’inċident tat-traffiku.
Dan qalu l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tal-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar is-saħħa Claudio Grech.
Fl-2012 daħlu 447 persuna fl-Emerġenza. Fl-2010 daħlu 334 persuna li żdiedu għal 392 fl-2011. Is-sena li għaddiet l-ammont reġa’ naqas għal 376 persuna.
Il-Ministru Mizzi qal ukoll li minn Jannar ta’ din is-sena sa Mejju li għadda, weġġgħu 157 persuna f’inċidenti tat-traffiku li bejniethom qattgħu 1301 fl-Isptar Mater Dei.