43 sportiv Malti għall-European Company Sports Games din il-ġimgħa

Kontinġent ta’ 43 persuna se jħalli Malta biex jieħu sehem fil-European Company Sports Games f’Riccione, fl-Italja, bejn it-3 u s-6 ta’ Ġunju.
Din hi l-ewwel darba li Malta qed tieħu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet b’kontinġent daqshekk kbir.
Is-sehem ta’ Malta seta’ jseħħ wara li l-Malta Employees Sport Association ingħaqdet mal-European Federation for Company Sport.
Malta se tikkompeti f’erba’ dixxiplini sportivi – il-futbol b’żewġ timijiet, il-badminton, il-bowling u d-darts.
Din hi l-20 edizzjoni tal-logħob u fiha se jieħdu sehem madwar 8,000 atleta.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius feraħ lill-kontinġent Malti u awguralu suċċess.
Il-kontinġent Malti hu magħmul minn:
Badminton
Edmond Abela, Samuel Cali, Stephen Ferrante, Tiziana Mifsud, Fiorelli Marie Sadowski, Stefan Salomone u Kenneth Vella
 Bowling
Charles Galea, Charles Farrugia, Steve Cassar, Aaron Belli, Alfred Pulis u Mario Ellul
 Darts
Emanuel Ebejer, Joseph Mangion, Paul Sammut, Albert Scerri, u Gordon Stanmore
 Futbol – 5-a-side
Julian Azzopardi, Sammy Frank Bajada, Julian Briffa, Andrew Cassar, Ryan Grech, Frederick Tabone, Joseph George Vella, Andrew Xuereb, Ian Zammit, Jeffrey Zammit u Max Zammit
Futbol – 7-a-side
Pavlos Buhagiar, Alan Cauchi, George Edwards, Carmel Formosa, Oliver Mallia, Mark Marlow, Tonio Micallef, Kevin Mifsud, Jason Saliba, Mark Sultana, Stefan Sultan u Paul Zammit.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott