43 imutu wara inċident fil-Gwatemala

Minn tal-inqas 43 persuna mietet wara li karozza tal-linja waqgħet għoli ta’ 200 metru fil-Gwatemala. L-inċident seħħ f’San Martin Jilotepeque, 65 kilometru mill-Kapitali tal-Gwatemala.

Hu mifhum li hemm mal-40 persuna oħra midruba. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Abbord kien hemm madwar 90 persuna iżda x-xarabank suppost jiflaħ biss 54 passiġġier. Fost dawk li tilfu ħajjithom hemm tliet trabi.