43 ċittadin għamlu talba mal-Gvern biex jingħataw informazzjoni

Mis-62 talba għall-informazzjoni li saru lill-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, 19 saru mill-mezzi tax-xandir u 43 saru minn ċittadini.
Hekk wieġeb il-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
18 minn dawn it-talbiet għall-informazzjoni ġew miċħuda.