420 rapport ta’ moħqrija tal-annimali mill-bidu tas-sena

Mill-bidu tas-sena s’issa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali rċieva madwar 420 rapport dar moħqrija jew negliġenza ta’ annimali. Bħalissa hemm ħames każijiet li tqiesu gravi u li dwarhom inbdew proċeduri kriminali.
Il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Michael Gonzi.
Il-Ministru spjega li dwar kull każ li jirċievi, id-Direttorat jinvestiga u jagħmel spezzjonijiet ta’ verifika u ta’ follow-up biex jara li fejn hemm defiċjenzi dawn jitranġaw.