Mhux avveniment tas-soltu li ssib żewġ ismijiet kbar imdaħħla fix-xena tal-ispettaklu li jmutu fl-istess ġurnata. Imma hekk ġara 42 sena ilu, fis-16 ta’ Settembru 1977 meta mietu mietu żewġ personaġġi li kienu fil-mużika imma differneti fil-materja tagħhom. Dawn kienu Marc Bolan, il-kantant tar-Rock u kitarrista mat-T Rex, u Maria Callas, Amerikana, prima donna fid-dinja operistika.
Marc Bolan twieled l-Ingilterra, kittieb tal-kanzunetti u kantant, mużiċist u poeta. Hua l-aktar magħruf għax kien il-kantant ewlieni mar-rock band T Rex li kien fl-ewwel group tal-moviment imsejjaħ glam Rock tas-snin 70. Huwa miet ta’ 29 meta kien imdaħħal f’inċident b’karozza ġimagħtejn qabel ma kien se jagħlaq it-30 sena.

Gloria Jones, il-ħabiba tiegħu u omm ibnu Roland, kienet qed issuq il-karozza Mini 1275GT u korriet serjament f’wiċċha wara li baqgħet dieħla f’siġra. Fortunatament binhom ma kienx magħhom għax kien għand in-nanniet u ħeles mill-inċident.

Maria Callas hi meqjusa fost l-aktar soprano influwenti tas-seklu li għadda. Il-vuci straordinarja tagħha tagħha u r-reċtar maqbuda f’albums, CDs u DVDs ikomplu jsaħħu li dinja madwar id-dinja kollha.

Maria twieldet f”Manhattan fl-Istati Uniti bint ġenituri immigranti Griegi. Hi ħadet l-edukazzjoni mużikali tagħha fil-Greċja meta kellha 13-il sena u stabbiliet il-karriera tagħha fl-Italja. Kienet tbati ħana bil-vista u jingħad li meta nbidlet minn mara mġissma sew għal waħda rqiqa l-vuċi tagħha marret ħafna lura. Hija kienet miżżewġa lil Giovanni Battista Meneghini bejn l-1949 u l-1959 imma kellha relazzjoni ta’ Aristotle Onassis il-miljunarju Grieg imdaħħal fil-vapuri. L-akbar tifħir li qatt ingħatat kien li kienet “il-Bibbja tal-Opra.”