42 każ ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw 42 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, filwaqt li 60 pazjent hu meqjus li għamel irkupru.

B’hekk in-numru ta’ każi attivi tal-coronavirus f’Malta niżel għal 658, wara 13-il jum konsekuttiv fejn in-numru tela’.

B’kollox saru 2,444 test fl-aħħar 24 siegħa, li jtellgħu in-numru ta’ testijiet li sar f’Malta mill-bidu tal-pandemija għal 238,084.

S’issa Malta rrapurtat 2,856 każ ta’ Covid-19, għalkemm dan in-numru ma’ jinkludix persuni jfittxu l-ażil li huma maqfula fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.

Minn dawn, 2,173 pazjent fieq, imma l-pandemija ikkawżat 25 mewt. L-aħħar mewta, ta’ raġel ta’ 84 sena, ġiet imħabbra aktar kmieni llum.