42 każ ġdid tal-coronavirus; 18-il persuna tfiq

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 42 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 18-il persuna.

B’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 680.

OFFICIAL COVID-19 figures for 24•09•2020Chris Fearne | MaltaGov |Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, September 24, 2020

Mit-42 każ ġdid tal-bieraħ, kien hemm:

  • 13-il membru tal-familja ta’ każijiet oħra
  • 3 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ każijiet pożittivi
  • 2 minn fuq il-post tax-xogħol
  • 3 minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus.

Dan ifisser li nofs il-każijiet tal-bieraħ, 21 każ, kienu ġejjin mill-komunità.

Il-każijiet il-ġodda tal-bieraħ
42 każ ġdid tal-coronavirus

Illum tħabbret il-mewt ta’ żewġ anzjani oħra, biex issa l-għadd ta’ vittmi Maltin tal-Covid-19 huwa ta’ 27. L-aħħar żewġ vittmi kellhom 73 u 91 sena, u kienu residenti f’żewġ djar tal-anzjani separati.