42 każ ġdid ta’ coronavirus; 18 minn kumpanija

Men-wearing-face-masks-due-to-coronavirus-pandemic-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 42 każ ġdid ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, minn 1,957 swab test li saru.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa.

Fiequ wkoll 43 persuna, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 387.

OFFICIAL COVID-19 figures for 10•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, September 10, 2020

Ilbieraħ kien hemm 63 każ ġdid, li minnhom kien hemm:

  • 18-il każ minn cluster ġdid ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni
  • 10 minn djar tal-anzjani
  • 5 ta’ membri tal-familja ta’ każijiet oħra
  • 3 kollegi tax-xogħol ta’ każijiet oħra
  • Każ wieħed li kien kuntatt dirett ta’ każ ieħor
  • 2 każijiet impurtati

Nhar it-Tlieta li għadda, Infrastructure Malta ħabbret li l-proġett tal-Marsa x’aktarx se jittardja bi ftit ġimgħat billi wħud mill-ħaddiema qabadhom il-coronavirus. L-aġenzija qalet li kienet qed tikkomunika mal-awtoritajiet tas-saħħa biex isir il-contact tracing.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn