42 delitt b’arma tan-nar f’20 sena

F’delitt minn kull ħamsa b’arma tan-nar fl-aħħar għoxrin sena ntużat arma tan-nar irreġistrata mal-Pulizija.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech.
Minn 42 delitt b’arma tan-nar mill-1996 'il quddiem, l-arma ma nstabitx f’25 każ.
F’għaxar każi ntużat arma rreġistrata li fi tmien każi minnhom ma kinitx misruqa.
F’seba’ każi ntużat arma mhux irreġistrata.