42% b’pensjoni ta’ anqas minn €620 fix-xahar

Ftit anqas minn nofs il-pensjonanti jirċievu inqas minn €620 fix-xahar f’pensjoni.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Huwa qal li bħalissa hemm 36,813 pensjonant li individwalment jirċievu pensjoni waħda ta’ mhux aktar minn €620 kull erba’ ġimgħat. Dan minn total ta’ madwar 88,500 pensjonant kontributorju u non-kontributorju.  
L-anzjani li jaqilgħu inqas minn €620 fix-xahar f’pensjoni jikkonsistu f’29,670 persuna li jirċievu pensjoni kontributorja u f’7,143 persuna li jirċievu pensjoni tal-eta’ non-kontributorja.. Madwar tlieta minn kull ħamsa huma nisa.