​412-il żagħżugħ se jidħlu fil-Garanzija taż-Żgħażagħ fil-qrib

Il-Garanzija taż-Żgħażagħ fil-ġimgħat li ġejjin se toffri opportunitajiet ta’ edukazzjoni, taħriġ jew xogħol lil 412-il żagħżugħ.
Dan wara li s’issa, permezz ta’ din l-inizjattiva tal-Gvern, 165 żgħażagħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u 169 żgħażagħ oħra li kienu inattivi, ingħataw opportunità.
Evarist Bartolo, il-Ministru responsabbli mix-Xogħol, qal dan fil-Parlament fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario de Marco.
Evarist Bartolo spjega li dawn iż-żgħażagħ ma jibqgħux jiġu kkunsidrati fost il-persuna qegħda għal skopijiet ta’ statistika jekk ikunu f’edukazzjoni jew impjegati.