41 vettura jiżdiedu fit-toroq kuljum

Sal-aħħar ta’ Settembru, l-ammont ta’ vetturi fit-toroq Maltin tela’ għal 369,261, jiġifieri żieda ta’ 3.7% fuq l-istess kwart tas-sena li għaddiet.
Matul dan l-istess perjodu, kien hemm żieda ta’ 41 vettura kuljum fit-toroq.
Minn dan it-total, 78.5% kienu karozzi tal-familja filwaqt li 6.9% biss kienu muturi.
Bejn Lulju u Settembru, inħarġu 6,514-il liċenzja ġdida. Minn dawn 882 kienu liċenzji għas-sewqan ta’ muturi.
Matul l-istess perjodu, 6,522 vettura tneħħew mit-toroq.
Fosthom, 42% minnhom reġgħu nbiegħu, filwaqt li 29% ġew skrepjati.