41 każ ta’ kanċer tal-ovarji fis-sena

Bħala medja f’Malta jiġu rreġistrati 41 każ ta’ kanċer tal-ovarji fis-sena, li minnhom erbgħa minn kull ħamsa kienu fatali.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Deo Debattista.
Bejn l-2009 u l-2013 fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer kien hemm irrapportat 204 każ ta’ kanċer tal-ovarji. Matul l-istess perjodu mietu 167 mara kawża ta’ dan il-kanċer.