41 immigrant jinstabu moħbija fi trakk fil-Greċja

Migrants are seen inside a refrigerated truck found by police, after a check at a motorway near Xanthi, Greece, November 4, 2019. REUTERS/Stavros Karipidis

Read in English.

Il-Pulizija Griega sabet 41 immigrant moħbija fit-trakk bi friża f’awtostrada fit-Tramuntana tal-Greċja.

Għaxart ijiem ilu, il-Pulizija sabet 39 katavru maħsuba li huma immigranti mill-Vjetnam moħbija fi trakk bi friża qrib Londra. Żewġ persuni ġew mressqa b’rabta mal-każ f’Londra filwaqt li 8 oħra tressqu fil-Vjetnam.

L-ebda persuna ma weġġgħet, għalkemm uħud minnhom talbu għajnuna medika skont ma qal uffiċjal tal-Pulizija Griega. Il-friża tat-trakk kienet għadha mhix mixgħewla.

Il-Pulizija waqfet it-trakk viċin tal-belt ta’ Xanthi. Ix-xufier ġie arrestat, b’hu u l-immigranti ttieħdu f’għassa tal-Pulizija fil-viċin biex jiġu iddentifikati.

Dis-sena reġgħu żdiedu n-numri ta’ persuni li qed jaslu mit-Turkija biex imorru fl-Ewropa.

Ħafna minnhom qed jaslu permezz ta’ dgħajjes mill-baħar iżda hemm uħud li qed jaqsmu l-fruntiera fuq l-art.

L-inċidenti fit-triq li jinvolvu mmigranti jipprovaw jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor saru komuni fit-Tramuntana tal-Greċja, fl-aħħar snin. Diversi persuni maħsuba li huma involuti fit-traffikar uman ġew arrestati mill-Pulizija fl-2019.

Madwar 34,000 persuna li qed ifittxu l-ażil u rifuġjati qed jinżammu f’kampijiet iffullati fil-gżejjer fil-baħar Eġew.