Yorgen Fenech id-Depot minn dalgħodu

In-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech reġa’ ġie arrestat mill-Pulizija dalgħodu. Sorsi infurmati qalu dan ma’ Newsbook.com.mt. Huwa qed jiġi interrogat mill-Pulizija b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Din hija r-raba’ darba li Fenech ġie arrestat f’temp ta’ ġimgħa. Huwa ngħata l-police bail tliet darbiet, bl-aħħar darba tkun ilbieraħ.

Fi żmien 48 siegħa, il-Pulizija trid tara jekk għandiex tipproċedi biex tressaq akkużi fil-konfront tiegħu, tagħtih il-ħelsien mill-arrest jew b’police bail.

20 ta’ Novembru: Yorgen Fenech arrestat wara li allegatament prova jaħrab minn Malta permezz tal-jott Gio.

21 ta’ Novembru: Yorgen Fenech id-dar taħt għassa

22 ta’ Novembru: Arrestat mill-ġdid

23 ta’ Novembru: Fenech iħoss uġigħ f’sidru u jiddaħħal l-isptar

23 ta’ Novembru: Yorgen Fenech jingħata l-police bail

24 ta’ Novembru: Yorgen Fenech mill-ġdid fil-kustodja tal-Pulizija

26 ta’ Novembru: Yorgen Fenech jerġa’ jingħata l-police bail