405 kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex

Read in English.

Sa Mejju ta’ din is-sena, kien hemm 405 kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati t’Għawdex.

Din l-informazzjoni taha l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis meta ġie mistoqsi dwar dan fil-Parlament mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi.

Dr Azzopardi staqsa wkoll kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi u quddiem liema maġistrat jinsabu.

L-aktar maġistrat li għandha kawżi pendenti hija l-Maġistrat Brigitte Sultana, b’175 każ. Il-Maġistrat Monica Vella għandha 147 każ pendenti quddiemha, filwaqt li l-Maġistrat Simone Grech għandha 83 kawża pendenti quddiemha.

L-iżjed kawżi pendenti li ilhom, imorru lura għall-1973. Dawn iż-żewġ każijiet qegħdin jidhru quddiem il-Maġistrat Simone Grech. L-eqdem kawża pendenti quddiem il-Maġistrat Monica Vella hija mill-1984, filwaqt li quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, l-eqdem kawża pendenti hija mill-1990.

L-aktar li għandhom kawżi pendenti l-Maġistrati Monica Vella u Simone Grech huwa mill-2018, bi 23 kawża u 13-il kawża rispettivament. Fil-każ tal-Maġistrat Brigitte Sultana, hemm 74 kawża pendenti mill-2019.

Id-Deputat Chris Said f’Novembru li għadda
Il-kawżi fil-Qorti t’Għawdex jinsabu fil-limbu – Said