40,000 refuġjat kuljum – UNHCR

Read in English.

Ir-rapport annwali maħruġ mill-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) ixejjen il-perċezzjoni li l-immigranti jippreferu jivvjaġġaw lejn pajjżi żviluppati.  Kuntrarju għal dawk li jemmnu ħafna, ir-rapport bl-isem Global Trends jgħid li 85% ta’ dawk li jaħrabu minn pajjiżhom jinsabu f’pajjiżi ġirien li għadhom qed jiżviluppaw u li għandhom il-problemi tagħhom.

Fir-rapport, il-UNHCR qalet li ħafna minn dawk li jaħrabu jinsabu f’pajjiżi ġirien li ħafna drabi jkunu foqra u fil-bżonn ta’ sustenn minħabba l-mewġ tan-nies li jkunu qed jaħkmu l-pajjiż.

 

Il-gwerrer, il-vjolenza, u l-persekuzzjoni madwar id-dinja wassal biex f’2017 jintlaħaq rekord ġdid ta’ nies li kellhom jiċċaqlaqlu minn pajjiżhom kontra x-xewqa tagħhom għal ħames sena konsekuttiva.

Diversi kunflitti madwar id-dinja waslu għal dan fosthom il-kriżi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-gwerra fis-Sudan t’Isfel u l-eluf ta’ refuġjati Rohingya li ħarbu mill-Myanmar lejn il-Bangladesh.

Sal-aħħar tas-sena 2017 in-numru ta’ nies li ġew spostati b’mod sfurzat kien ta’ 68.5 miljun persuna. 16.2 miljun kienu sposati f’2017 biss jew għall-ewwel darba  inkella b’mod repetut. Dan iffisser li mal-44,500 qed jiċċaqqalqu kuljum jew inkella persuna kull żewġ sekondi. Dan huwa l-ekwivalenti tal-popolazzjoni ta’ Birkirkara, Ħal-Lija, Ħal-Balzan, Ħ’Attard u l-Iklin kuljum.

2.9 miljun persuna iktar mis-sena 2016 ħarbu minn pajjiżhom biex jaħarbu mill-konflitti u l-persekuzzjoni.

Sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra 3.1 miljun persuna kienu għadhom qed jistennew ir-riżultat għall-applikazzjoni tagħhom biex jiksbu stat ta’ refuġjat.