400 tifel u tifla jattendu programm sportiv f’Għawdex

Rekord ta’ 400 tifel u tifla Għawdxi lbieraħ ħonqu l-kumpless sportiv fir-Rabat u diversi kumplessi sportivi oħra f’Għawdex, bħala parti mill-programm ‘On The Move’.
Dan il-programm, li jikkonsisti f’24 ġimgħa ta’ attività sportiva, qed jittella’ mill-entità nazzjonali għall-isport, SportMalta, bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board.
Waqt żjara li għamel fil-programm, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo tkellem dwar l-importanza tal-isports u l-attività fiżika biex titjieb il-kwalità tal-ħajja. Semma’ wkoll il-proġett li tħabbar f’dawn l-aħħar ġimgħat, jiġifieri dak tal-bini tal-pixxina f’Għawdex.
Ritratt: DOI – MGOZ – George Scerri