400 omm b’benefiċċju ogħla tal-maternità

408 ommijiet li jaħdmu għal rashom bbenefikaw minn rata ogħla ta’ Benefiċċju għall-Maternità mis-sena 2015 ’l hawn.
Il-Ministru Michael Falzon kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tal-Whip Laburista Byron Camilleri.
Il-Ministru Falzon qal li kważi miljun Ewro, €959,330.12, intefqu f’dawn il-benefiċċji.