400 kumpanija jħallsu flok jimpjegaw persuna b’diżabbiltà

Fl-2017 kien hemm 402 kumpaniji li għażlu li jħallsu l-kontribuzzjoni minflok iħaddmu magħhom persuni b’diżabbiltà, waqt li 104 oħra lanqas iħallsu din il-kontribuzzjoni minkejja li ma jħaddmux persuni b’diżabiltà.
Il-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo qal fil-Parlament li skont l-Att dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà, il-kontribuzzjoni tammonta għall-€800 fl-2015, €1,600 għas-sena 2016 u €2,400 fis-snin ta’ wara.
Il-Ministru qal li JobsPlus qed tieħu pass legali f’każijiet fejn il-kumpaniji qed jirrifjutaw li jħallsu din il-kontribuzzjoni.