Fi tmiem il-ġimgħa kważi 400 immigrant li kienu qegħdin jivvjaġġaw mill-Marokk għal Spanja ġew salvati fil-baħar Mediterran, skont is-servizz ta’ salvataġġ Spanjol.
Filwaqt li n-numru ta’ mmigranti li daħlu fl-Ewropa permezz tal-baħar huwa inqas minn dak tal-2015, Spjanja stqarret li qed tara żieda li bdiet aktar minn sena ilu, partikolarment f’dawn l-aħħar xhur, fil-wasliet tal-immigranti.
Nhar is-Sibt, 395 persuna ġew salvati minn disa’ dgħajes fl-Istrett tal-Ġibiltà u fil-baħar Alboran, qal il-gwardjan tal-kosta Spanjola fuq Twitter.