400 immigrant maħsuba li għerqu fil-Mediterran

Għaddejja tfittxija għal iktar minn 400 immigrant, li kienu qed jivvjaġġaw mill-Eġittu lejn il-kosta Taljana, li għebu fil-Mediterran.
Hu maħsub li l-immigranti għerqu.
L-aħbar ingħatat minn ġurnali Ingliżi fuq l-internet, inkluż il-BBC bl-Għarbi li kkwota sorsi lokali.
Qed jingħad li l-parti l-kbira tal-immigranti kienu mis-Somalja, l-Etjopja u l-Eritrea u li madwar 30 biss ġew salvati.
B'mod separat, ilbieraħ filgħaxija nstabu sitt katavri fuq dinghy b’iktar minn 100 immigrant dirett lejn l-Italja.
Jekk l-għarqa tal-400 immigrant tiġi kkonfermata, tkun seħħet eżatt sena wara l-ikbar għarqa meta 850 persuna għebu fil-vjaġġ tagħhom mil-Libja lejn l-Ewropa.