40 terrorist Iżlamiku jinqatlu f’Kobani

Minn tal-inqas 40 militant tal-Istat Iżlamiku inqatlu waqt attakki mill-ajru fil-belt Kurda ta’ Kobani.
Il-koalizzjoni internazzjonali qiegħda tagħmel diversi attakki mill-ajru, bl-aħħar rejd ikun dak fuq il-belt ta’ Kobani.
Il-ġlied f’din il-belt qiegħed ikompli jiżdied hekk kif tul il-ġurnata kienu qed jinstemgħu diversi tiri ta’ armi tan-nar.
In-Nazzjonijiet Magħquda wissiet li l-waqgħa ta’ Kobani ġġib magħha ħafna tixrid ta’ demm li twassal għal traġedja umanitarja.