Awguri lill-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi u l-eks Ewro Parlamentari Marleni Mizzi f’okkażjoni tal-40 sena anniversarju mindu żżewġu nhar is-6 ta’ Lulju tal-1980.
Iċ-ċerimonja kienet ġiet iċċelebrata fil-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina segwita minn riċeviment fin-Naxxar.
Mill-unjoni tagħhom, il-koppja Mizzi kellhom tifla, Alexandra. Illum il-ġurnata huma wkoll nanniet ta’ Max.
Fil-kummenti tagħha fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Marlene Mizzi ddeskriviet dawn l-40 sena bħala dawk li bi tlajja w inżul ipproduċew tifla mill-isbaħ. Żiedet tgħid li kienu snin ta’ ħafna mħabba, daħk u appoġġ reċiproku waqt li temmet tgħid li tinsab ixxurtjata u grata li kellha l-kumpanija ta’ bniedem sensibbli li jaf iħobb.

Awguri lill-koppja Mizzi għal aktar snin ta’ ferħ u mħabba.