40 persuna x’aktarx mejta wara li għerqet dgħajsa ‘l barra mil-Libja – UNHCR

Arkivji: Sea Eye

Read in English.

Madwar 40 persuna qed jingħat li mietu jew għebu wara li għerqet dgħajsa li kienet qed iġġorr l-immigranti destinati għall-Ewropa mill-kosta Libjana. Intant, skont kelliem għall-Aġenzija tar-Refuġjati għan-Nazzjonijiet Magħquda, Charlie Yaxley, mas-60 persuna jista’ jkun li ġew salvati u rritornati l-Libja.

Din hija xi ħaġa li saret tiġri b’mod regolari. Il-ġimgħa li għaddiet mal-100 persuna mietu, filwaqt li x-xahar li għadda, dgħajsa li fuqha kellha 250 ruħ inqalbet.

Intant eluf ta’ persuni jmutu kull sena fil-baħar Mediterran mill-mijjiet ta’ eluf li qed jippruvaw jaqsmu mit-Tramuntana tal-Afrika għall-Ewropa. Minkejja dan, l-għadd ta’ persuni li qed jirriskjaw ħajjithom għal dan il-vjaġġ qed jonqos.