40 persuna miżmuma b’rabta mal-attakk fi Sri Lanka

REUTERS/Athit Perawongmetha

Il-Pulizija f’Colombo fis-Sri Lanka qed iżżommu madwar 40 persuna, fosthom Sirjan, b’rabta mal-attakki terroristiċi li seħħew nhar Ħadd il-Għid f’diversi knejjes u lukandi u anke ġewwa dar f’Colombo.

In-numru tal-mejta issa telgħa għal 321 u iktar min 500 persuna oħra jinsabu midruba.

Ħadd għadu ma’ ħa responsabilità għal dawn l-attakki, madanakollu l-awtoritajiet qed jiffokaw is-suspetti tagħhom fuq militanti Iżlamiċi b’konnessjonijiet ma’ gruppi barranin.

Illum ġiet dikjarata ġurnata ta’ luttu nazzjonali fil-pajjiż hekk kif bosta vittmi qed issirhom il-funeral.