40 persuna jmutu f’għargħar fil-Ġappun

Kyodo/via REUTERS

Read in English.

Madwar 40 persuna huma maħsuba mejta hekk kif xita torrenzjali kompliet tolqot il-gżira ta’ Kyushu, fil-Lbiċ tal-Ġappun. L-awtoritajiet lokali kienu kostretti jordnaw l-evakwazzjoni ta’ bosta żoni hekk kif kiber ir-riskju li l-ilma mix-xmajjar joħloq iżjed għargħar li qiegħed għadd ta’ residenti f’periklu.

Is-Segretarju Ewlieni tal-Kabinett  Yoshidide Suda sostna li 39 persuna kienu tilfu ħajjithom filwaqt li 13 kienu mitlufa.

“Noffri l-kondoljanzi tiegħi lil dawk li tilfu ħajjithom wara din ix-xita qliel”, sostna Suga, li żied jgħid li madwar 40,000 membru tal-forzi speċjali tal-pajjiż kienu involuti f’missjonijiet ta’ salvataġġ.

Huwa żied jgħid li ċ-ċentri ta’ evakwzzjoni kienu għaddejjin b’ħidma intensiva għaliex barra r-riskji tal-katakliżma naturali, kien hemm ukoll ir-riskju tat-tixrid tal-coronavirus. għalhekk, dawn kienu qed iqasmu d-diżinfettant u jitolbu lil dawk li ġew evakwati biex iżommu d-distanza minn xulxin.

B’kollox, sa tmiem il-ġimgħa, mal-200,000 persuna ntalbu biex jevakwaw minn darhom, skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Kyodo. 

Dawn l-għarar huma l-għar diżastru naturali li jilqot il-Ġappun wara t-tifun Hagibis li f’Ottubru li għadda ħasad il-ħajja ta’ madwar 90 ruħ.