40 persuna fil-baħar qrib Malta – Alarm Phone; ma nafux bihom – AFM

Alarm Phone tgħid li l-immigranti jinsabu fiż-żona ta' salvataġġ ta' Malta

Read in English.

L-għaqda Alarm Phone qalet li hemm madwar 40 persuna abbord dgħajsa fil-baħar fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li ma jafu b’xejn.

Fuq Twitter, Alarm Phone qalet li infurmat lil Malta bil-grupp ta’ persuni. Però, kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qalet lil Newsbook.com.mt li l-armata m’għandha l-ebda informazzjoni dwar dan.

Alarm Phone qalet li d-dgħajsa telqet minn Zuwarah fil-Libja lbieraħ. Qalet li l-persuni li hemm abbord iridu jiġu salvati.