40 persuna bil-coronavirus fl-isptarijiet f’Malta

Mater-Dei-ITU-coronavirus-1
Monique Agius

Read in English.

Bħalissa hemm 40 persuna bil-coronavirus li qed jirċievu l-kura fl-isptarijiet. Newsbook.com.mt jista’ jikkonferma wkoll li persuna tinsab f’qagħda kritika hekk kif iddaħħlet fl-ITU. Huwa maħsub li l-persuna rriżultat pożittiva għall-coronavirus mis-CT Scan tal-isptar. Sa issa din il-persuna għadha mhix reġistrata uffiċjalment bħala każ attiv peress li s-swab test li sarilha kien negattiv. Sors infurmat mill-isptar Mater Dei qal li l-ispeċjalisti fl-isptar qed iqisu dan il-każ bħala pożittiv.

Fejn jinsabu rikoverati l-persuni bil-coronavirus?

  • 7 fl-Infectious Diseases Unit f’Mater Dei
  • Persuna fl-ITU
  • 13 fl-Isptar Boffa
  • 12 fl-Isptar St. Thomas
  • 7 fl-Isptar Monte Carmeli

Mis-seba’ każi ta’ Monte Carmeli jidher li tliet persuni ttieħdu fl-Isptar Mater Dei iżda huma ġew iċċertifikati li jistgħu jkomplu jirċievu l-kura meħtieġa mill-isptar Monte Carmeli.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 49 każ ġdid ta’ coronavirus. It-total ta’ testijiet li ħarġu pożittivi mil-laboratorji kien ta’ 71 b’kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa tikkonferma li 22 test li rriżulta pożittiv kienu ta’ persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn