40 mejta wara attakk suwiċida fil-kapitali Afgana

Minn tal-inqas 40 persuna nqatlu u 30 oħra weġġgħu wara attakk suwiċida fil-kapitali Afgana, Kabul.
Dak li jsejjaħ lilu nnifsu bħala l-Istat Iżlamiku mill-ewwel ħa r-responsabbilità tal-attakk.
Jidher li l-isplużjonijiet seħħew f’uċċini ta’ organizzazzjoni kulturali tax-Shia u f’aġenzija tal-aħbarijiet.
Skont rapportim, raġel daħal jisplodi lilu nnifsu fil-binja iżda immedjatament wara kien hemm żewġ splużjonijiet oħra.
Fost dawk li mietu hemm grupp ta’ studenti li nġabru fiċ-ċentru għal diskussjoni.