40 liċenzja ġdida biex ibigħu mit-triq

S’issa din is-sena nħarġu 518-il liċenzja għal operaturi fin-negozju.
Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona ppreżenta lista bin-numru ta’ liċenzji li nħarġu mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ.
Fl-2013 inħarġu 1,965 liċenzja, fl-2014 inħarġu 1,786 u fl-2015 inħarġu 1,779.
Mil-liċenzji li ħarġu din is-sena, sas-6 ta’ April, 259 kienu għal attività minn post kummerċjali filwaqt li 160 għal attività mhux minn post kummerċjali.
40 liċenzja nħarġu għall-bejjiegħa tat-triq, 33 liċenzja għal fieri kummerċjali, u ħamsa għal car boot sale.