Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon għarraf lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li kull sena jkun hemm medja ta’ 40 każ ġdid ta’ tifel u tifla li jiġu fostered.
Falzon qal li l-ammont totali ta’ tfal fostered kull sena hu ta’ madwar 250. Sa April li għadda, l-għadd ta’ tfal fostered fi placements ġodda kien ta’ sebgħa, għal total ta’ 254 tfal. Dan huwa l-ogħla ammont fl-aħħar ħames snin.
Filwaqt li fis-snin l-imgħoddija kien hemm tfal barranin fostered, din is-sena t-tfal huma kollha Maltin.
Sena | Ammont ta’ tfal fostered fi placements ġodda kull sena | Ammont totali ta’ tfal fostered kull sena | Ammont ta’ tfal barranin li ġew fostered kull sena |
2015 | 16 | 216 | 0 |
2016 | 7 | 211 | 4 |
2017 | 26 | 234 | 2 |
2018 | 50 | 244 | 4 |
2019 | 39 | 251 | 5 |
Jan-Apr 2020 | 7 | 254 | 0 |