40 każ ġdid; 7 minn festin ta’ Griżma

Elderly-couple-wearing-masks-Valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 40 każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta. B’kollox fl-istess perjodu saru 1548 swab test.

Il-każi ġodda jinkludu sitt persuni b’rabtiet ma’ cluster ta’ skola tal-Ingliż, erba’ b’rabta mal-cluster ta’ Paceville, seba’ każi minn festin ta’ Griżma, erba’ membri ta’ familja ta’ każi preċedenti filwaqt li tnejn ġew impurtati.

B’hekk issa f’Malta hawn 351 każ attiv ta’ Covid-19. B’kollox mill-bidu tal-pandemija, f’Malta kellna 1,035 każ, li minnhom fiequ 675 persuna. B’hekk issa f’Malta hemm total ta’ 249 każi attivi.

Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jiżdiedu żewġ swab centres ġodda biex jilqgħu għad-domanda għat-testijiet. Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar dan waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103. Dawn se jkunu f’Ħal Qormi u Burmarrad. B’kollox se jkun hawn sitt ċentri: ħamsa f’Malta u wieħed f’Għawdex.