40 insett ‘skrutinizzati’ fi ktieb ġdid

Is-Soċjetà Entomoloġika Maltija ppubblikat l-aħħar ktieb tagħha, li jiffoka fuq id-diversività tal-mazzarell u d-damiġella.
Il-ktieb jinkludi dettalji dwar 40 insett nattiv f'Malta filwaqt li tesponi tmien speċi ġodda li qatt ma kienu rreġistrati f’Malta.
Il-President tas-Soċjetà u editur tal-pubblikazzjoni, Dr David Mifsud, ippreżenta kopja tal-ktieb lil Kenneth B. Micallef, Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-BOV, bħala rikonoxximent tal-appoġġ tal-Bank.