“40 immigrant nieqes”; “Telqu għax riedu”

ANSA/FRANCESCO RUTA

Il-Kap tal-Caritas Italiana Fr Francesco Soddu qal lill-Aġenzija tal-Aħbarijiet ANSA, li l-immigranti li ġew irrappurtati nieqsa, telqu għax riedu. Huwa kien qed jikkummenta wara li sorsi mill-Ministeru tal-Intern qalu lill-ANSA li 40 immigrant telqu miċ-ċentru għall-immigranti, wara li ġew trasferiti mill-bastiment tal-Gwardja tal-Kosta Taljana Diciotti għaċ-ċentru  f’Rocca Di Papa fin-Nofsinhar ta’ Ruma.

Madwar 100 immigrant mill-Eritrea ġew trasferiti lejn iċ-ċentru l-ġimgħa l-oħra wara li kienu miżmuma abbord il-bastiment għal 10 ijiem qabel minħabba li l-Ministru tal-Intern Matteo Salvini ma ħallihomx jinżlu l-art.

L-Isqfijiet Kattoliċi kienu qablu li jieħdu 100 persuna minn dawk li kienu salvati, filwaqt li l-Albanija u l-Irlanda ħadu 20 persuna kull wieħed.