40 immigrant fil-periklu f’ibħra responsabbiltà ta’ Malta

Read in English.

Dgħajsa li fuqa hemm 40 persuna li ħarbu mil-Libja tinsab f’periklu li tgħereq fl-ibħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Malta. Dan skont Tweet tal-hotline għall-immigrazzjoni Alarm Phone.

Kemm l-awtoritajiet Maltin kif ukoll dawk Taljani ġew infurmati fil-5pm illum dwar id-dgħajsa. Alarm Phone ħeġġet lill-awtoritajiet sabiex jieħdu azzjoni mingħajr ma joqgħodu jaħsbuha.

Ikkuntattjati minn Newsbook.com.mt, il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li huma m’għandhom l-ebda informazzjoni dwar il-każ.