40 arrestati minħabba l-attakk fuq l-ambaxxata Sawdija fl-Iran

L-awtoritajiet Iranjani ħabbru li arrestaw 40 persuna b’rabta mal-attakk fuq l-ambaxxata Sawdija f’Tehran u għaddejja ħidma biex jiġu identifikati aktar persuni relatati mal-attakk.  
Il-protesta faqqgħet wara li fl-Arabja Sawdija nqatel ix-xejikk Nimr al-Nimr, il-mexxej tal-komunità xiita Sawdija u kien wieħed mis-47 persuna li nqatlu minħabba terroriżmu.
Iżda l-mexxej suprem tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qal li x-xejikk inqatek minħabba l-oppożizzjoni tiegħu għall-mexxejja Sunni fl-Arabja Sawdija.