4 żgħażagħ jibbenefikaw mill-President’s Trust u jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Bħala parti mill-proġett Get Into Project, erba’ żgħażagħ, li ġew identifikati mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ingħataw taħriġ tax-xogħol mal-kumpanija Marks & Spencer bil-possibilità li jsibu impjieg.
Dan il-proġett tnieda mill-President’s Trust b’kooperazzjoni mal-Prince’s Trust tal-Ingilterra.
Waqt it-tnedija, il-President ta’ Malta Marie Louise Colerio Preca, spjegat li l-filosofija tat-Trust hija li ġġib flimkien nies fin-negozju u speċjalisti fis-suq tax-xogħol biex jinkiser iċ-ċirku tal-faqar f’pajjiżna.
L-iskop hu li permezz ta’ nies tan-negozju jinħolqu programmi ta’ empowerment biex żgħażagħ f’sitwazzjoni vulnerabbli jingħataw dinjità u jsaħħu l-qagħda ta’ ħajjithom u jimxu ’l quddiem.
 
Ritratt: OPR