4 żgħażagħ arrestati wara li ppruvaw iqabbdu vann

CMRU

Erba’ żgħażagħ ġew arrestati mill-Pulizija wara li ppruvaw jagħtu n-nar lil vann fil-Mellieħa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 pm ilbieraħ. L-erba’ żgħażagħ kienu qed jippruvaw iqabbdu l-vettura fi Triq is-Selmun fil-Mellieħa. Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU) segwewhom sakemm waqqfuhom. Il-vettura li ppruvaw jaħarbu biha kienet ġiet irrappurtat misruqa.

Iż-żgħażagħ involuti fl-inċident huma tliet żgħażagħ ġuvintur u tfajla li għandha 22 sena u li hija mir-Rabat. Iż-żgħażagħ l-oħra għandhom 20, 23, u 28 sena u huma mis-Siġġiewi, Ħal-Safi, u mis-Siġġiewi rispettivament.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.