​4 żbalji tal-ġenituri qabel it-tfal jagħlqu 5 snin

Għalkemm kull ġenitur jagħmel mill-aħjar għal uliedu, ikun hemm dawk id-drabi li meta taħseb dwarhom tkun konvint li messek imxejt differenti.
Dawn huma erba’ fost l-ikbar żbalji li jsiru mill-ġenituri qabel it-tfal jagħlqu ħames snin. 

  1. Li temmen li l-ħalib tas-sider m’għandu jeħodlu postu xejn

Omm ħalliet lit-tarbija tat-twelid bil-ġuħ fl-ewwel jumejn għax ma kellhiex ħalib sa ġimgħa wara l-ħlas.  Imma tant kienet temmen li l-ħalib tas-sider ma jeħodlu postu xejn, li ma ppruvatx metodi oħra.  Hemm ċirkostanzi li trid issib bilanċ. 

  1. Li taħseb li tħarriġhom għall-potty ma fihx sfidi

Omm tgħid kif lit-tifla tagħha kienet tinkoraġġiha bit-tgħanniq u bl-istickers, taqralha l-kotba waqt li tkun fuq il-potty u tfaħħarha meta jirnexxielha. Madanakollu ma tantx rat progress wara sena. Tgħid li kienet aktar ta’ tbatija minn meta welldet!
Kienet anzjuża ħafna li jibda l-iskola u jkun għadu bil-ħarqa. Iżda ftit jiem wara li għalaq tliet snin u nofs, beda juża l-potty bla problemi.
Irrealizzat li kieku użat il-metodu ta’ ommha ma kinitx tgħaddi minn dan kollu: tlett ijiem ta’ taħriġ ‘aggressiv’ ta’ tlett ijiem.

  1. Li taħseb li tista’ tarmi l-karti fejn ipinġi ibnek mingħajr ma tgħidlu

Omm tispjega kif darba binha ra t-tpinġija tiegħu fiż-żibel u qajjem paniku sħiħ. Tgħid li minkejja li l-kreattività ta’ binha hi importanti, tħobb tkun organizzata. Fissret kif kienu mimlijin bi tpinġija u crafts.
Skużat ruħha, iżda tgħallmet li qabel ma tieħu deċiżjoni dwar affarijiet relatati ma’ binha, tinvolvih fid-deċiżjoni.

  1. Li ma tgħallimx lit-tfal li meta titlef huwa OK

Omm oħra tgħid li messha għallmet lil binha minn kmieni biex jaċċetta telfa f’logħba. Tgħid kif kienet tħallih jgħaddi mit-tieqa minflok mill-bieb biex jirnexxielu jirbaħ. Imma din waqqfithielu dan l-aħħar, biex jitgħallem li għandu jkompli jilgħab anke jekk ma jkunx qed jirbaħ.