4 suldati maqtula minħabba bomba fi triq fil-Pakistan

Erba’ suldati ġew maqtula filwaqt li erba’ oħra ġew midruba minn bomba f’żona tribali tal-Majjistral tal-Pakistan il-Ġimgħa. Dan kien wieħed mill-aktar attakki riċenti fir-reġjun.

L-uffiċċjali tas-sigurtà qalu li l-bombi ġew impoġġija fi triq f’Khar Qamar, żona fejn forzi tas-sigurtà reċentament għamlu ħidma ta’ tiftix minħabba attakk simili b’bomba li kien sar fi triq oħra.

It-Taliban tal-Pakistan, assumew ir-responsabbiltà tal-attakk skont Mohammad Khurasani, li huqa kelliem għall-moviment. Ħafna mill-membri tat-Taliban jinsabu bbażati fil-fruntiera mal-Afghanistan.

Forzi Pakistani wettqu diversi ħidmiet kontra gruppi militanti, inkluż it-Taliban, dan minkejja li skont uffiċjali iż-żona kienet saret waħda pjuttost paċifika. Madanakollu, il-problemi komplew u l-uffiċjali tas-sigurtà qali li minn tal-inqas 10 suldati ġew maqtula u 35 midruba matul l-aħħar xahar.