4 snin priġunerija u mmultat €3,000 wara li nstab ħati li kellu l-eroina

Raġel ta’ 40 sena minn San Pawl il-Baħar ingħata s-sentenza ta’ erba’ snin priġunerija u mmultat €3,000 wara li nstab ħati li kellu l-eroina.
Fid-19 ta’ April tal-2006, il-Pulizija wettqu raid fl-appartament tal-akkużat u sabu 37 gramma eroina, oġġetti oħra relatati mat-teħid tad-droga u €815 fi flus.
L-akkużat qal li l-flus kienu tiegħu u li kien qed jgħix b’€60 benefiċċji soċjali fil-ġimgħa.
Huwa ġie ordnat iħallas €600 spejjeż tal-Qorti.