4 snin ħabs għal raġel li seraq minn banka tal-lottu

Kordin-prison
Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 41 sena ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta l-akkużi kollha kontrih. Darren Brincat ġie akkużat li fis-16 ta’ Settembru huwa seraq €200 fi flus kontanti minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi, li fergħa ħafif lill-persuna li kienet fil-banka tal-lottu, żammha kontra l-volontà tagħha u ġar sikkina jew arma bil-ponta mingħajr il-permess tal-pulizija. Huwa kien akkużat ukoll li fit-18 ta’ Settembru f’Ħal Qormi kkaġuna ferita ta’ natura gravi fuq raġel u li kien reċediv.

Fis-seduta, ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u talab skuża għal dak li għamel. Il-Qorti min-naħa tagħha rat li din mux l-ewwel darba li l-akkużat xellef difrejh mal-ġustizzja iżda kkunsidrat li l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fi stadju bikri. Għalhekk il-Qorti kkundannat lir-raġel erba’ snin ħabs u multa ta’ €116.47.

Il-Qorti rrakomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex jingħata l-għajnuna meħtieġa. Hija ordnat ukoll li jħallas €1,256 bħala spejjeż f’dawn il-proċeduri fi żmien tlien snin.