4 snin ħabs għal raġel li seraq batteriji ta’ karozzi

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena minn Birkirkara intbagħat tliet snin u seba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li bejn id-9 ta’ Diċembru, 2019 u l-15 ta’ Frar, 2020 ikkommetta numru ta’ serqiet ta’ batteriji ta’ vetturi f’diversi lokalitajiet.

Fi stqarrija, il-Pulizija spegat li r-raġel tressaq il-Qorti akkużat b’serqiet fiż-Żoni Industrijali f’Tal-Ħandaq u tal-Imrieħel, minn diversi toroq f’Ħal Qormi u toroq oħra f’Birkirkara, fost oħrajn.

Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u b’hekk ingħata sentenza ta’ priġunerija mill-Maġistrat Ian Farrugia.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kylie Borg, Roderick Agius u Alfredo Mangion.