4 snin ħabs fuq hold up mill-banka tal-lottu fil-Fgura

David Scicluna ta’ 30 sena minn Santa Luċija nagħta sentenza ta’ erba’ snin priġunerija wara li ammetta li l-ġimgħa li għaddiet, wettaq hold up fuq il-banka tal-lottu tal-Fgura.

Scicluna ammetta li seraq €3,000, li kellu sikkina fil-pussess tiegħu u li żamm lil sid il-banka kontra l-volontà tagħha,

Ammetta wkoll li seraq ġojellerija minn dar fi Triq ir-Rummien f’Wied il-Għajn il-ġurnata ta’ wara.

Huwa nstab ħati wkoll li kien reċediv.